Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2013 – Matratzen Concord vs UASI – KBT (ARKTIS)

(Kawża T-258/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita (Locarno, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2133/2011-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ARKTIS” għal prodotti fil-klassijiet 20 u 24 – Trade mark Komunitarja Nru 2 818 680

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009