Language of document : ECLI:EU:T:2012:612





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/08)

“FEŻR — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994–1999) dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja)”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet — Irregolarità — Kunċett — Żbalji mwettqa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali — Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24(2)) (ara l-punti 24-28, 31, 32)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija lil azzjoni nazzjonali — Proċedura distinta u indipendenti minn dik tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24) (ara l-punt 29)

3.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50 — Awtoritajiet kontraenti — Organu rregolat mid-dritt pubbliku — Kunċett — Interpretazzjoni funzjonali (Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikolu 1(b)) (ara l-punti 47, 49)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratti ta’ subappalt — Inklużjoni — Għoti ta’ kuntratt għal servizzi fi ħdan grupp mingħajr sejħa ġdida għal offerti — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 92/50) (ara l-punti 51-54)

5.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Verifika fid-dettall mill-awtoritajiet nazzjonali tal-osservanza tal-obbligi finanzjarji tal-benefiċjarji ta’ għajnuna — Obbligu tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni ġdida — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88) (ara l-punt 62)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 80)

7.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet — Kalkolu tal-ammont tat-tnaqqis — Kriterji — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24(2)) (ara l-punti 95, 96, 99-101, 106, 107, 128-131, 140)

8.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet — Irregolarità — Oneru tal-prova — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24(2)) (ara l-punti 102-105)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja tal-FEŻR minħabba irregolaritajiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24) (ara l-punti 146-148)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.