Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – DK vs SEAE

(Kawża F-27/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Uffiċjal – Proċedura dixxiplinari – Tneħħija mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni – Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċeduri kriminali pendenti – Identiċità tal-fatti ppreżentati lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DK (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, b’effett mill-1 ta’ Frar 2014, fi tmiem proċedura dixxiplinari mibdija wara li r-rikorrent ġie akkużat mill-awtoritajiet nazzjonali bi frodi fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi Ewropej, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u użu ta’ dokumenti ffalsifikati, ħasil tal-flus u korruzzjoni. DispożittivId-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil DK mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata.Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha sostnuti minn DK.