Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' April 2011 - Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-395/10)1

["Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Deċiżjoni impliċita adottata wara l-introduzzjoni tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja.

Dispożittiv

Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.