Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2010 - Elena Grebenshikova vs UASI - Volvo Trademark (SOLVO)

(Kawża T-394/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Grebenshikova (St. Petersburg, il-Federazzjoni tar-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 861/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "SOLVO" għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Nru 747361 tat-trade mark figurattiva "VOLVO" fir-Renju Unit għal varjetà wiesgħa ta' prodotti u servizzi, ir-reġistrazzjonijiet Nru 1552528, Nru 1102971, Nru 1552529 u Nru 747362 tat-trade mark verbali "VOLVO" fir-Renju Unit għal varjetà wiesgħa ta' prodotti u servizzi; ir-reġistrazzjonijiet Komunitarji Nru 2361087 u Nru 2347193 tat-trade mark verbali "VOLVO", fost oħrajn, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell applika, b'mod żbaljat, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu; ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni mill-Bord tal-Appell, li huwa l-prinċipju ta' trattament ugwali; ksur tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (Ftehim TRIPs) u ksur tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

____________