Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2012 - Mondadori Editore vs UASI - Grazia Equity (GRAZIA)

(Kawża T-490/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arnoldo Mondadori Editore SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti u R. Valenti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grazia Equity GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 1958/2010-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GRAZIA", għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 6840466

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Taljana Nru 906507 tat-trade mark figurattiva "GRAZIA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 16, 18, 25 u 38; applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1714146 tat-trade mark figurattiva "GRAZIA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 16, 18 u 38; applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana Nru 1049965 tat-trade mark verbali "GRAZIA", għal prodotti fil-klassi 16; applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana Nru 1050165 u applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade marks internazzjonali Nru 276829, Nru 276833 and Nru 817006 għat-trade marks ta' hawn fuq, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 jew 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________