Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgerichts München (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2021 – DOMUS-SOFTWARE-AG vs Marc Braschoß Immobilien GmbH

(Kawża C-370/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DOMUS-SOFTWARE-AG

Konvenut: Marc Braschoß Immobilien GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 3 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ talbiet perijodiċi għal ħlas li jirriżultaw minn relazzjoni kuntrattwali waħda, jagħtu dritt għall-ħlas ta’ somma f’daqqa li tikkonsisti f’tal-inqas EUR 40 għal kull talba individwali għal ħlas?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.