Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Tronios Group International vs UASI - British Sky Broadcasting Group (SkyTec)

(Kawża T-77/15)

Lingwa tar-rikors: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Tronios Group International BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. van Leeuwen u H. Klingenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: Tronios Group International BV

Trade mark ikkontestata : Trade mark Komunitarja verbali “SkyTec”

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 1681/2013-4Talbiet tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba ta’ invalidità ta’ British Sky Broadcasting Group; tikkundanna lill-British Sky Boradcasting Group għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għall-ispejjeż tal-proċedimenti preċedenti quddiem l-UASI.Motiv(i) invokat(i)Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.