Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2015 – KENUP Foundation et vs EIT

(Kawża T-76/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KENUP Foundation (il-Kalkara, Malta), Candena GmbH (Lüneburg, il-Ġermanja), Center odličnosti za biosenzoriko, instrumentacijo in procesno kontrolo (CO BIK) (Ajdovščina, is-Slovenja), Evotec AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, C. Wagner u H. Weiß, avukati)

Konvenuta: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, tad-9 ta’ Diċembru 2014, dwar il-ħatra tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (02008.EIT.2014.I.EIT.GB) u dwar iċ-ċaħda tal-proposta KENUP, innotifikata permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Diċembru 2014 (012234.EIT.D.2014.MK) u

tordna lill-EIT tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati li jiċħdu l-proposta KENUP ma ttiħdux mill-korp kompetenti tal-UE.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EIT naqset milli ssegwi l-proċedura ta’ selezzjoni applikabbli meta adottat id-deċiżjonijiet ikkontestati.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EIT naqset milli tagħti motivazzjoni billi ma nnotifikatx id-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni lir-rikorrenti.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-proposta KENUP li saret mill-esperti esterni tal-EIT tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-proposta KENUP li saret mill-esperti esterni tal-EIT tikser il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ motivazzjoni.Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-proposta KENUP li saret mill-esperti esterni tal-EIT tikser id-dispożizzjonijiet dwar l-eżami etiku tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni f’Orizzont 2020.Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-proposta KENUP li saret mill-esperti esterni tal-EIT tinkludi żbalji manifesti fl-eżami tal-proposta.It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-esperti tal-EIT u l-membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-EIT involuti fil-proċedura ta’ selezzjoni li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata kienu f’pożizzjoni li rrendiet l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea.Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-Sejħa għal Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (il-KICs) 2014 tal-EIT tikser ir-regoli ta’ proċedura li jirregolaw il-proċedura ta’ selezzjoni tal-KICs.