Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Ampazis and M. Sfyri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ESTAT/GO/MHF/GI/MH/nf D (2014) tat-8 ta’ Diċembru 2014), innotifikata lir-rikorrenti bħala anness mal-Formola ta’ Informazzjoni Addizzjonali għall-Konsumatur DESIS III-000455-6000494078-REQ-O1-CINF-03, tad-9 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-offerta tagħhom dwar it-talba għal servizzi Nru DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 fil-kuntest tal-kuntratt qafas ESP DESIS III Lott nru 4,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, innotifikata lir-rikorrenti bħala anness mal-Formola ta’ Informazzjoni Addizzjonali DESIS 111-000485-6000494078-REQ-001-CINF-02, tat-12 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-offerta tagħhom dwar it-talba għal servizzi Nru DESIS III-000485-6000494078-REQ-01, fil-kuntest tal-kuntratt qafas ESP-DESIS III Lott nru 4,

tordna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li sofrew ir-rikorrenti li rriżultaw mit-telf ta’ opportunità fil-każ ta’ DESIS III000485-6000494078-REQ-OI-CINF-02, fl-ammont ta’ EUR 12 000.00, inklużi l-interessi,tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż l-oħra inkorsi fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerti tagħhom f’DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 u DESIS III-000485-6000494-078-REQ-01.It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-offerta tagħhom f’DESIS 111-000485-6000494078-REQ-01.