Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Rod Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD)

(Kawża T-75/15) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva ROD – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RODI – Raġuni relattiva għal rifjut –Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti – Regola 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rod Leichtmetallräder GmbH (Weiden in der Oberpfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hellenbrand u J. Biener, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rodi TR, SL (Lérida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rodi TR, SL u Rod Leichtmetallräder GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rod Leichtmetallräder GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 118, 13.4.2015.