Language of document : ECLI:EU:T:2016:26





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’Jannar 2016 – Rod Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD)

(Kawża T‑75/15)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva ROD – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RODI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti – Regola 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u (2)(a)(ii), u 53(1)(a)) (ara l-punti 14, 26, 59)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punt 16)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi ROD u RODI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 58, 60, 66)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 65)

5.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Ħtieġa li tiġi trażmessa kopja bil-kulur tat-trade mark preċedenti lill-Uffiċċju iżda mhux lill-konvenut (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 39(3)) (ara l-punti 73‑75)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas‑17 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 281/2014‑5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rodi TR, SL u Rod Leichtmetallräder GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rod Leichtmetallräder GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.