Language of document : ECLI:EU:T:2016:155





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)

(Kawża T‑78/15)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IPVanish – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 12-15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv tas-sinjal – Trade mark komposta minn diversi elementi – Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark – Neċessità ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 16)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17-21)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22-25, 45)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali IPVanish (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 37-41, 47, 52, 53)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Slogan li għandu karattru fantażjuż (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 42)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji – Perċezzjoni tat-trade mark mill-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7) (ara l-punti 49-51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1417/2014‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IPVanish bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mudhook Marketing, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.