Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 – Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑210/09)

“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Importazzjoni ta’ settijiet tat-televiżjoni tal-kulur provenjenti mit-Turkija – Rikors għad-danni – Preskrizzjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Dannu kontinwat – Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 47, 48, 50, 61, 62)

Suġġett

Rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti tallega li subiet għaliex il-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timpedixxi lill-awtoritajiet Torok milli jiksru l-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, meta tiġi ddeterminata l-oriġini tas-settijiet tat-televixin tal-kulur provenjenti mit-Turkija importati fil-Komunità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Formenti Seleco SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.