Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2010 - DTL vs UASI - Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria)

(Kawża T-188/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Solaria - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOLARTIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Rueda Pascual u A. Zuazo Araluze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL (Pampelune, Spanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), li tirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL u DTL Corporación, SL

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

DTL Corporación, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 161, 19.6.2010.