Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2012 - British Aggregates vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/02 RENV)

"Għajnuna mill-Istat - Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Vantaġġ - Natura selettiva"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Aggregates Association (Lanark, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Pouncey, J. Coombes, solicitors, u L. Van den Hende, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso, J. Flett u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment T. Harris, sussegwentement S. Ossowski, aġenti, assistit minn M. Hall u G. Facenna, barristers)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 1478 finali, tal-24 ta' April 2002, relatata mal-fajl tal-għajnuna mill-Istat Nru 863/01 - Ir-Renju Unit/ Taxxa fuq il-granulat)

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 1478 finali, tal-24 ta' April 2002, dwar il-fajl tal-għajnuna mill-Istat Nru 863/01 - Ir-Renju Unit/Taxxa fuq il-granulat, hija annullata, bl-eċċezzjoni tal-eżenzjoni tal-Irlanda ta' Fuq.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn British Aggregates Association quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 219, 14.09.2002.