Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-8 ta' Settembru 2011 - Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/10 R)

("Miżuri provviżorji - Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fulmen (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent:

-    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);

-    ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);

-    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81);

-    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________