Language of document :

Rikors ippreżentat fil-1 ta’ April 2014 – ZZ vs ESMA

(Kawża F-32/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju meħuda wara rapport ta’ evalwazzjoni negattiv, annullament tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-Deċiżjoni ESMA/2013/ED/33 dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ impjieg, kif ukoll ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-2011 u l-2012;jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.