Language of document : ECLI:EU:T:2017:4

Kawża T189/14,

Deza, a.s.

vs

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti miżmuma mill-ECHA li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP) – Deċiżjoni li tiżvela ċerta informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali mir-rikorrenti – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Kunċett ta’ ħajja privata – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2017

1.      L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Possibbiltà li wieħed jibbaża fuq preżunzjonijiet ġenerali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti – Suġġett – Eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li tapplika għad-dokumenti ppreżentati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza kimika – Assenza – Ksur tad-dritt ta’ proprjetà – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4 u Nru 1907/2006, Artikolu 118)

2.      L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Kamp ta’ applikazzjoni – Ġbir ta’ studji xjentifiċi ppreżentati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza kimika – Inklużjoni – Kundizzjoni

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 4 u 11 u Artikoli 1 u 4 u Nru 1907/2006 Artikolu 118)

3.      L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

4.      L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna speċifika – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

5.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura, paragrafu 1 tal-Artikolu 48(2)

6.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Diffużjoni fuq l-internet ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-sustanzi rreġistrati – Data li tikkorrispondi mal-valuri DNELs u PNECs ta’ sustanza – Portata tal-obbligu ta’ pubblikazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 119(1)(f))

7.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Diffużjoni fuq l-internet ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-sustanzi rreġistrati – Informazzjoni sottomessa fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni – Ksur tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li jirrigwardaw il-kummerċ (TRIPs) – Assenza

(Ftehim TRIPs, Artikolu 39(2) u (3); Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, u Nru 1907/2006, Artikolu 119)

8.      L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Invokazzjoni tal-prinċipju ta’ transparenza – Neċessità li jiġu argumentati kunsiderazzjonijiet partikolari meta mqabbla mal-ispazju

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

9.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Diffużjoni fuq l-internet ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-sustanzi rreġistrati – Data li tikkorrispondi mal-valuri DNELs u PNECs ta’ sustanza – Ġustifikazzjoni fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ transparenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 117 u Artikolu 119(1)(f))

10.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata

(Artikolu 296 TFUE)

11.    Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-proprjetà – Kamp ta’ applikazzjoni – Drittijiet li jagħti pożizzjoni legali miksuba – Kunċett

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1))

12.    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Kundizzjonijiet – Detriment konkret, effettiv u serju għall-imsemmi proċess

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(3))

1.      Fis-suġġett tal-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kkonċernati li jibbażaw fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ ordni ġenerali simili li jistgħu japplikaw għal talbiet ta’ żvelar li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura.

L-applikazzjoni ta’ preżunzjonijiet ġenerali hija essenzjalment irregolata mill-bżonn superjuri li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-proċeduri inkwistjoni u li jiġi ggarantit li l-għanijiet tagħhom ma jkunux kompromessi. Għalhekk, ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali jista’ jkun ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-aċċess għal dokumenti ta’ ċerti proċeduri mal-iżvolġiment tajjeb tagħhom u fuq ir-riskju li dawn il-proċeduri jiġu ppreġudikati, fid-dawl tal-fatt li l-preżunzjonijiet ġenerali jippermettu li tiġi ppriżervata l-integrità tal-iżvolġiment tal-proċedura billi tiġi limitata l-interferenza ta’ terzi. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi previsti b’att ġuridiku marbut ma’ proċedura quddiem istituzzjoni tal-Unjoni li għaliha d-dokumenti mitluba ġew ippreżentati hija waħda mill-kriterji ta’ natura li jiġġustifika r-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali.

Fir-rigward tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), bid-differenza tas-sitwazzjonijiet li għalihom ġie ammess li l-preżunjonijiet ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti japplikaw, dan ir-regolament jirregola espressament ir-relazzjoni bejn dan u r-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 118 tar-Regolament Nru 1907/2006 jipprovdi li r-Regolament Nru 1049/2001 japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). Ma jirregolax b’mod restrittiv l-użu ta’ dokumenti li jidhru fil-fajl dwar proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sostanza kimika. L-imsemmi regolament ma jipprovdix effettivament limitu ta’ aċċess għall-fajl għall-partijiet ikkonċernati jew għal-lanjanti. Preżunzjoni ġenerali għaldaqstant ma tirriżultax mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1907/2006. B’hekk ma jistax jiġi ammess li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni previst minn dan ir-regolament, id-dokumenti kkomunikati lill-ECHA huma kkunsidrati bħala, fl-integralità tagħhom, manifestament koperti mill-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikanti għall-awtorizzazzjoni.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jippreskrivu eċċezzjoni awtomatika għall-prinċipju tal-iżvelar għad dokumenti mħejjija fil-kuntest tal-attività kummerċjali ta’ entità privata. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ talba ta’ aċċess magħmula minn parti terza għal dan it-tip ta’ dokumenti, huwa mitlub eżami konkret u effettiv tagħhom, ħlief fil-każijiet li fihom il-qorti tal-Unjoni aċċettat l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti inkwistjoni.

(ara l-punti 34, 37, 39, 40, 163)

2.      Il-proċedura ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni hija rregolata mir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), li jistabbilixxi proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ użu ta’ sustanzi kimiċi. L Artikolu 118 tal-imsemmi regolament jipprevedi li r Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għas-sustanzi kimiċi (ECHA). Minn dan isegwi li l-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, kif intiż fil-premessa 4 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1049/2001, għandu, bħala regola, jiġi osservat fir-rigward tad-dokumenti li għandha l-ECHA. Il-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad dokumenti xorta huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. Fil-fatt, ir-Regolament Nru 1049/2001, b’mod partikolari, fil-premessa 11 u fl-Artikolu 4 tiegħu, jipprevedi sistema ta’ eċċezzjonijiet li jobbligaw lill-istituzzjonijiet u lill organi li ma jiżvelawx dokumenti fil-każ fejn dan l-iżvelar jikkawża preġudizzju għal wieħed minn dawn l-interessi.

Fir-rigward ta’ talba għal aċċess fir-rigward ta’ informazzjoni relatata mal-istudji xjentifiċi u mal-kontenut tagħhom ippreżentati fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni, ma jidhirx li l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif miġbur ta’ din id-data deskrittiva li tidher fiha, li hija aċċessibbli għall-pubblika, tista’ tkun biżżejjed sabiex tikkawża preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikant għall-awtorizzazzjoni. Issa, din tal-aħħar għandha turi li, f’dan il-każ, kif l imsemmija ġabra ta’ data xjentifika tikkostitwixxi data kummerċjali sensittiva u li, minħabba l-iżvelar tagħha, ikun hemm preġudizzju għall interessi kummerċjali tagħha. Anki jekk għandu jiġi aċċettat li x-xogħol ta’ sistemazzjoni tal-informazzjoni magħmul mill-imsemmi applikant jista’ jkollu ċertu valur kummerċjali, huwa biss li kieku l-evalwazzjonijiet li saru minnu waqt dan ix-xogħol ta’ kompilazzjoni ppreżentaw valur miżjud – jiġifieri li kieku kienu jikkonsistu, pereżempju, f’konklużjonijiet xjentifiċi ġodda jew kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw strateġija innovattiva li tista’ tagħti lill-impriża vantaġġ kummerċjali fuq il-kompetituri tagħha – li għaldaqstant irrilevaw interessi kummerċjali li tagħhom l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jiżgura l-protezzjoni.

(ara l-punti 50, 51, 60, 67)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti minn 52-54)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55, 56).

5.      Skont l-ewwel subparagrafu tal Artikolu 48(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-preżentazzjoni ta’ raġunijiet ġodda matul il-kawża hija pprojbita, sakemm dawn ir-raġunijiet ma jkunux ibbażati fuq elementi ta’ dritt jew ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Motiv li jikkostitwixxi elaborazzjoni ta’ argument diġà mressaq, b’mod dirett jew impliċitu, u li għandu rabta mill-qrib miegħu, għandu jiġi ddikjarat ammissibbli. Barra minn hekk, il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tikkonċerna biss il-motivi ġodda u ma tipprekludix lir-rikorrenti milli jsostnu argumenti ġodda insostenn ta’ motivi li diġà jinsabu fir-rikors.

(ara l-punt 91)

6.      Mill-Artikolu 119(1)(f) tar-Regolament Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH) jirriżulta li l-anness I tiegħu, fid-dawl tal-importanza tad-data li tikkorrispondi mal valuri DNEL (livell derivat mingħajr effett) u PNEC (konċentrazzjoni prevedibbli mingħajr effett) biex tiġi protetta s-saħħa pubblika u l ambjent, l-evalwazzjoni tas-sigurtà kimika ta’ sustanza u tad-data li jirriżultaw minnha għandhom jikkonċernaw l-użi kollha identifikati u tkopri l-fażijiet kollha taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-imsemmija sustanza u li din id-data għandha tiġi ppubblikata. L-obbligu ta’ pubblikazzjoni previst mid dispożizzjoni hawn fuq imsemmija japplika wkoll għall-valuri DNEL u PNEC li jinsabu fir-rapport dwar is-sigurtà kimika anness mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

Fir-rigward tal-portata tal-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 119(1)(f) tar-Regolament Nru 1907/2006, dan l-obbligu jestendi għal informazzjoni minima dwar il-metodu ta’ derivazzjoni jew ta’ tbassir tal valuri DNEL u PNEC u dwar il-korrelazzjoni tagħhom ma’ valuri oħra. Fil-fatt, din l-informazzjoni minima hija indispensabbli sabiex jinftiehem dak li jirrappreżentaw il-valuri DNEL u PNEC u jiġi stabbilit ma’ x’hiex jirrelataw. Għandu għalhekk jiġi ammess li, kieku ġew ippubblikati biss il-valuri mingħajr spjegazzjoni dwar is-sinjifikat tagħhom, id-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija titlef l-effett utli tagħha.

(ara l-punti 105, 108)

7.      Meta leġiżlazzjoni tal-Unjoni teżisti f’qasam ikkonċernat mill-Ftehim fuq l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jmissu l-kummerċ (TRIPs), huwa d-dritt tal-Unjoni li japplika, u dan jimplika, sa fejn huwa possibbli, l-obbligu li tingħata interpretazzjoni konformi ma’ dan il-ftehim, mingħajr madankollu ma jingħata effett dirett lid-dispożizzjoni inkwistjoni ta’ dan il-ftehim.

F’dan ir-rigward, ir-Regolamenti Nru 1049/2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), għandhom ikunu interpretati b’mod li jiżgura l-konformità tagħhom mal-kontenut tal-Artikolu 39(2) u (3) tal-Ftehim TRIPs. Din l-aħħar dispożizzjoni ma għandhiex madankollu timplika li l-protezzjoni mogħtija lid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tipprevalixxi b’mod assolut fuq il-preżunzjoni favur l-iżvelar tal-informazzjoni ppreżentata fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sustanza kimika. F’dan is-sens, approċċ li jipprovdi li l-informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza kimika tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali (informazzjoni kunfidenzjali) fis-sens tal-Artikolu 39(2) tal-Ftehim TRIPs iwassal sabiex l-Artikolu 119 tar-Regolament Nru 1907/2006 jibqa’ mhux applikat. Issa, tali approċċ ma għandux jintuża, peress li jwassal, fir-realtà, sabiex jikkontesta l-legalità ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-Artikolu 39(2) u (3) tal-Ftehim TRIPs

(ara l-punti 116, 149, 151)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 123 u 124)

9.      Fir-rigward ta’ applikazzzjoni għal aċċess li ssemmi l-iżvelar tal-valuri DNEL (livell derivat mingħajr effett) u PNEC (konċentrazzjoni prevedibbli mingħajr effett) li jinsabu fir rapport dwar is-sigurtà kimika u l-analiżi tas-soluzzjoni tal-alternattivi ppreżentati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sustanza kimika, anki jekk dawn il-valuri jirriżultaw mill-interess kummerċjali tal-applikant tal-awtorizzazzjoni, l-Artikolu 119(1)(f) tar-Regolament Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), jipprevedi li jkunu ex officio aċċessibbli għall-pubbliku. Dan l-obbligu ta’ aċċess għal din l-informazzjoni huwa ġġustifikat, fil-premessa 117 tal istess regolament, bil-ħtieġa li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw informazzjoni dwar is-sustanzi li għalihom jirriskjaw li jkunu esposti sabiex ikunu jistgħu jieħdu, b’għarfien tal-kawża, deċiżjonijiet dwar l użu li jixtiequ jagħmlu ta’ dawn is-sustanzi.

Mill Artikolu 119(1) tar-Regolament Nru 1907/2006 u mill-premessa 117 tagħha jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li l-iżvelar tal informazzjoni li kien hemm imsemmija kienet kwistjoni ta’ interess maġġuri. L-imsemmi leġiżlatur stess ibbilanċja l-interessi sabiex minnu jikkonkludi li l-interess tal-iżvelar tal-informazzjoni relatata mal-valuri DNEL u PNEC kien ikbar meta mqabbel mal-interess tal-applikant għall-awtorizzazzjoni sabiex ma jiġux żvelati, peress li din l-informazzjoni kienet tikkonċerna interessi fost l-iktar sinjifikattivi eżistenti, jiġifieri dawk li jirrigwardaw is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma tali li jistabbilixxu li l-prinċipju ta’ trasparenza jippreżenta element partikolari li jista’ jipprevali fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut tal iżvelar tal-imsemmija informazzjoni. L-istess jgħodd fir-rigward tal-valuri ta’ espożizzjoni NOAEL – jiġifieri dawk intiżi sabiex jindikaw il-konċentrazzjoni massima mingħajr effett noċiv osservat – li jinsab fl-approċċi, fil-metodi u fir-riflessjonijiet.

(ara l-punti 127-129)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 133)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 161)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 172, 173)