Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2011 minn Eugène Emile Kimman mis-sentenza mogħtija fid-29 ta' Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-74/10, Kimman vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/11 P )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Eugène Emile Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Settembru 2011 fil-Kawża F-74/10 ;

bħala konsegwenza, tilqa' t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u għaldaqstant,

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni tal-appellanti għall-2008 ;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha ;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż fl-intier tagħhom taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba' aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-artikolu 6(8) tal-Anness I tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ta' żnaturament tal-elementi tal-fajl kif ukoll ksur tal-istħarriġ ta' żball manifest ta' evalwazzjoni waqt l-eżami magħmul mit-TSP tal-motiv ibbażat fuq in-nuqqas li tittieħed in kunsiderazzjoni mill-evalwatur l-opinjoni tal-grupp ad hoc.

It-tieni aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fajl u tal-oneru tal-prova u ta' ksur mit-TSP tal-obbligu tiegħu ta' motivazzjoni waqt l-eżami mit-TSP tal-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-proċedura tal-appell u ta' nuqqas ta' motivazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni kkontestat fl-ewwel istanza.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-obbligu ta' motivazzjoni u tal-iżball manifest ta' evalwazzjoni kif ukoll ksur tal-artikolu 4(6) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal waqt l-eżami magħmul mit-TSP tal-ilment bbażat fuq in-nuqqas li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħidma mwettqa mill-appellanti fl-interess tal-istituzzjoni.

Ir-raba' aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fajl u fuq nuqqas ta' osservanza tal-oneru tal-prova u tal-istħarriġ ta' żball manifest ta' evalwazzjoni waqt l-eżami magħmul mit-TSP tal-ilment dwar l-evalwazzjoni tal-evalwatur tal-osservanza jew le mill-appellanti tal-allegata riorganizzazzjoni tas-servizz bi prova mill-2008.

____________