Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Heath vs BĊE

(Kawża T-645/11 P P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Pensjonijiet – Żieda annwali – Rata ta’ żieda għas-sena 2010 – Retroattività – Dritt għal negozjar kolletiv”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Appellat: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley u E. Carlini, u finalment minn E. Carlini u M. López Torres, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Heath vs BĊE (F-121/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Michael Heath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 65, 3.3.2012.