Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2014 – Asos vs UASI– Maier (ASOS)

(Kawża T-647/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ASOS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASSOS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asos plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Kavanagh, solicitor, u A. Edwards-Stuart, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roger Maier (San Pietro di Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Lüken, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2215/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roger Maier u Asos plc.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.It-talba ta’ Roger Maier hija miċħuda.Asos plc hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).R. Maier huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.