Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża T-646/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vadzim Ipatau (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [id-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), inkwantu tikkonċerna lir-rikorrent, tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent, tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex ismu jitneħħa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), u l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Vadzim Ipatau għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.