Language of document : ECLI:EU:T:2014:230





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2014 – Asos vs UASI – Maier (ASOS)

(Kawża T‑647/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ASOS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASSOS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza tal-Unjoni jew ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali mhux invokata quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 18)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 22)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali ASOS u ASSOS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 48-50, 52)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Koeżistenza, f’suq partikolari, ta’ żewġ trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 34)

6.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 36, 38)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti – Ħwejjeġ, żraben u xedd ir-ras li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice u aċċessorji tal-ħwejjeġ magħmula mill-ġilda u minn imitazzjonijiet tal-ġilda li jaqgħu fil-klassi 18 fis-sens tal-imsemmi ftehim (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43-45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2215/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roger Maier u Asos plc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba ta’ Roger Maier hija miċħuda.

3)

Asos plc hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

4)

R. Maier huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.