Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – H.P. Gauff Ingenieure vs UASI - Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)

(Kawża T-586/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW – Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti GAUFF – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG - JBG (Nuremburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Molnar, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013-1), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).Gauff GmbH & Co. Engineering KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 24, 25.1.2014.