Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Frar 2013 - Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-109/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tanulla d-Deċiżjoni 2012/739/PESK tad-29 ta' Novembru 2012 kif ukoll ir-Regolament Nru 1117/2012 (UE) tad-29 ta' Novembru 2012 u l-atti ta' eżekuzzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn jirrigwardaw ir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2011, C 290, p. 13.