Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-8 ta’ Frar 2024 – Questore della Provincia di Ragusa, Ministero dell’Interno vs D. A.

(Kawża C-104/24, Questore della Provincia di Ragusa u Ministero dell’Interno)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Questore della Provincia di Ragusa, Ministero dell’Interno

Konvenut: D. A.

Domanda preliminari

L-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali 1 , b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-għanijiet misluta mill-premessi 15 u 20 tagħha, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob, bħala miżura alternattiva għad-detenzjoni tal-applikant (li ma jkunx ipproduċa l-passaport jew dokument ieħor ekwivalenti), l-għoti ta’ garanzija finanzjarja li l-ammont tagħha huwa stabbilit b’rata fissa (b’ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa ddeterminat għas-sena 2023 għal EUR 4 938, li għandu jitħallas individwalment, permezz ta’ garanzija bankarja jew ta’ polza ta’ assigurazzjoni li taġixxi bħala garanzija) minflok b’rata varjabbli, li ma tippermetti ebda aġġustament tal-ammont għas-sitwazzjoni individwali tal-applikant, u lanqas il-possibbiltà li l-garanzija nnifisha tiġi kkostitwita permezz tal-intervent ta’ terzi, anki fil-kuntest ta’ solidarjetà tal-familja, b’tali mod li jiġu imposti modalitajiet li jistgħu jostakolaw l-użu tal-miżura alternattiva minn min ma għandux riżorsi adegwati, kif ukoll li tiġi prekluża l-adozzjoni ta’ deċiżjoni motivata li teżamina u tevalwa skont il-każ in-natura raġonevoli u proporzjonali ta’ tali miżura b’rabta mas-sitwazzjoni tal-applikant innifsu?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 96.