Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2010 - Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09) 1

"Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart van Woerden u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009.