Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑550/15)
“Rikors għal annullament – FAEG u FAEŻR – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Bidu tad-dekorrenza – Notifika – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-FAEGG, skont il-FAEG u skont il-FAEŻR – Pubblikazzjoni sussegwenti tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali – Assenza ta’ effett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punti 20-23, 25-28, 31-33, 36-38, 40)
2. Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Notifika – Kunċett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punt 24)
3. Atti tal-istituzzjonijiet – Obbligu ġenerali li d-destinatarji jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini – Assenza (Ir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE) (ara l-punt 39)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża. |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |