Language of document : ECLI:EU:T:2016:719





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)

(Kawża T549/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAFE DEL SOL – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol – Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni – Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Drittijiet tad-difiża”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ appell – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 63(1), 64(1) u 76; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 20(1) u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

(ara l-punti 21-24, 35-38)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Eżami ex officio ta’ kwistjoni ta’ liġi – Kundizzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

(ara l-punt 25)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 19 u 20(1))

(ara l-punti 30-32, 42, 43, 45)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ appell – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

(ara l-punt 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u R. Guiral Broto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.