Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2018 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/15) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ isimha fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u A. Aresu, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bank Refah Kargaran huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 398, 30.11.2015.