Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-204/11)1

(“Protezzjoni tal-konsumaturi – Regolament (UE) Nru 15/2011 – Metodi ta’ detezzjoni ta’ tossini lipofiliċi fil-molluski bivalvi – Sostituzzjoni tal-metodu tat-test bijoloġiku fuq il-ġrieden bil-metodu tal-kromatografija likwida flimkien ma’ spettrometru tal-massa (LC-MS/MS) – Artikolu 168 TFUE – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Martínez-Lage Sobredo u finalment A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u A. Marcoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011, tal-10 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin (ĠU L 6, p. 3).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea;