Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Ottubru 2012 - Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener u Shanghai Prime Machinery vs Il-Kunsill

(Kawża T-170/09) 

["Dumping - Importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq - Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Oneru tal-prova - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener Co. Ltd (Baoshan, ic-Ċina); u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta' Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta'] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Shanghai Biaowu High-Tensile Fasteners Co. Ltd u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009.