Language of document : ECLI:EU:T:2012:532





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 – Gem‑Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑172/09)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina –Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Dannu – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq – Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Dazji differenti imposti fuq sensiela ta’ impriżi — Ammissibbiltà limitata, għal kull impriża, għad-dispożizzjonijiet tar-regolament li jikkonċernawha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-25)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Investigazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura wara t-tranżizzjoni tal-livell ta’ sostenn tal-ilment taħt il-livell minimu ta’ 25 % tal-produzzjoni Komunitarja — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 5(4)) (ara l-punt 42)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Investigazzjoni — Ftuħ ta’ investigazzjoni permezz ta’ lment ippreżentat minn jew f’isem l-industrija Komunitarja — Rappreżentattività tal-industrija Komunitarja li ssostni l-lment — Kalkolu — Metodu (Regolamenti tal-Kunsill Nru 3924/91, Artikolu 3(2), (3) u (4), u Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 5(4)) (ara l-punti 44-53)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Investigazzjoni — Determinazzjoni tal-prodott ikkonċernat — Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 1(4)) (ara l-punti 58-62, 70)

5.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Pluralità (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 3(2) u (5)) (ara l-punti 85, 91-102)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika, storika u teleoloġika — Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni tal-att inkwistjoni (ara l-punti 105-107)

7.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 — Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq — Interpretazzjoni stretta (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a) u (b)) (ara l-punti 117-120, 125-127, 130-132)

8.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 139)

9.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi — Evalwazzjoni tal-provi li taqa’ fuq l-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ)) (ara l-punti 142-145)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.