Language of document : ECLI:EU:T:2012:531





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 – Shanghai Biaowu High‑Tensile Fasteners u Shanghai Prime Machinery vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑170/09)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u l-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping – Dazji differenti imposti fuq sensiela ta’ impriżi – Ammissibbiltà limitata, għal kull impriża, għad-dispożizzjonijiet tar-regolament li jikkonċernawha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 42, 43)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 – Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu li produttur ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Qbiż, mill-Kummissjoni, tat-terminu ta’ tliet xhur previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tal-imsemmi regolament – Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(ċ)) (ara l-punti 45, 48‑50, 52, 54, 59, 60, 62)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika, storika u teleoloġika – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni tal-att inkwistjoni (ara l-punti 68‑70)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 – Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq – Interpretazzjoni stretta (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a) u (b)) (ara l-punti 74‑78, 82‑84, 87‑89)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi – Evalwazzjoni tal-provi li taqa’ fuq l-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru  1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ)) (ara l-punti 91, 92, 99, 100)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi – Natura irraġonevoli tal-imsemmi oneru – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ)) (ara l-punti 106-108)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz waqt l-esportazzjoni – Aġġustamenti – Differenzi fil-prezzijiet tal-materji primi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati – Differenzi fil-prezzijiet li għandhom jintwerew fil-kuntest ta’ suq intern wieħed u mhux fir-rigward ta’ swieq oħra (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikoli 2(7)(a) u 2(10)(k)) (ara l-punti 122, 123)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolamenti li jistabbilixxu dazji antidumping (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 126)

9.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikoli 6(7), u 20(1)) (ara l-punti 130-132, 135)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shanghai Biaowu High-Tensile Fasteners Co. Ltd u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.