Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Novembru 2010 - Vidieffe vs UASI - Ellis International Group (GOTHA)

(Kawża T-169/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA - Trade mark Komunitajra figurattiva preċedenti gotcha - Raġuni relattiva għal rifjut - Possibbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, D. De Pasquale u M. Pappalardo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Perry Ellis International Group Holdings, Ltd (Nassau, il-Baħamas)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Frar 2009, (Każ R 657/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Perry Ellis Group Holdings, Ltd u Vidieffe Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Frar 2009 (Każ R 657/2008-1) hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni, minn naħa, għall-"prodotti tal-[ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda] (mhux inklużi fi klassijiet oħra); bagolli u bagalji; umbrelel, parasol, bsaten u bsaten tal-mixi" inklużi fil-klassi 18 u, min-naħa l-oħra, għall-prodotti kollha inklużi fil-klassi 25.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawks sostnuti minn Vidieffe Srl.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06,2009.