Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit22 ta’ Ġunju 2023 – Passiġġier A vs Finnair Oyj

(Kawża C385/23, Finnair)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Passiġġier A

Konvenut: Finnair Oyj

Domandi preliminari

Trasportatur tal-ajru jista’ jinvoka ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 , għas-sempliċi raġuni li l-manifattur tal-ajruplan ikun iddikjara l-eżistenza ta’ difett moħbi fid-disinn li huwa detrimentali għas-sigurtà fl-ajru u li jaffettwa l-ajruplani kollha ta’ dan it-tip, minkejja li din id-dikjarazzjoni tkun saret biss wara d-dewmien jew il-kanċellazzjoni tat-titjira?1

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u jkun hemm lok li jiġi eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi humiex dovuti għal avvenimenti li huma inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru kkonċernat u li, minħabba n-natura jew l-oriġini tagħhom, jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tiegħu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-natura difettuża prematura ta’ ċerti partijiet tekniċi hija applikabbli għal każ bħal dan ineżami fejn, fil-mument tal-kanċellazzjoni tat-titjira, la l-manifattur u lanqas it-trasportatur tal-ajru ma kellhom għarfien tan-natura difettuża tat-tip il-ġdid ta’ ajruplan inkwistjoni u tal-mod kif din setgħet tiġi rrettifikata?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10