Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Continental Wind Partners vs UASI Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS)

(Kawża T-185/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva CONTINENTAL WIND PARTNERS – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Continental – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Continental Wind Partners LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hanovre, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2204/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Continental Reifen Deutschland GmbH u Continental Wind Partners LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħu

d.Continental Wind Partners LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.