Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni –Rapport tal-iżvilupp tal-karriera –Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 – Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali – Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni –Nomina sindakali – Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Żewġ appelli mid-digrieti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-70/11 u F-109/11, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn id-digrieti.

Dispożittiv

1)    L-appelli huma miċħuda.

2)    Giorgio Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.