Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – NFL Properties Europe vs EUIPO - Groupe Duval (DUUUVAL)

(Kawża T-671/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NFL Properties Europe GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske, D. Habel u M. Tillwich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupe Duval (Boulogne-Billancourt, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “DUUUVAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 066 416

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 243/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ħames Bord tal-Appell tal-4 ta’ Awwissu 2021;

tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________