Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament

(Kawża T-722/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosa D’Amato (Taranto, l-Italja), Claude Gruffat (Mulsans, Franza), Damien Carême (Argenteuil, Franza) u Benoît Biteau (Sablonceaux, Franza) (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwar regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet tax-xogħol;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, inklużi dawk relatati mar-rikors intiż għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-710/21, Roos et vs Il-Parlament.

____________