Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 – Bakaznovich vs Il-Kunsill

(Kawża T-583/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aliaksandr Bakaznovich (Brest, il-Bjelorussja) (rappreżentant: D. Litvinski, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/997 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja1 , sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja1 , sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-556/21, Lyubetskaya vs Il-Kunsill.

____________

1 ĠU 2021, L 219I, p. 3.

1 ĠU 2021, L 219I, p. 70.