Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2014 – ABN Amro Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/11) 1

(Għajnuna mill-Istat – Settur finanzjarju – Għajnuna ddestinata li tirrimedja għal tħarbit gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru – Artikolu 107(3)(b) TFUE – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna – Projbizzjoni fuq l-akkwisti – Konformità mal-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għas-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għall-proprjetà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABN Amro Group NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Knibbeler u P. van den Berg, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)SuġġettTalba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/823/UE, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għal ABN AMRO Group NV (maħluqa wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.ABN Amro Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż.