Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Novembru 2020 – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-607/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE Aircraft Engine Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

Il-ħruġ ta’ vawċers għal bejjiegħa terzi bl-imnut lill-impjegati minn persuna taxxabbli bħala parti minn programm ta’ rikonoxximent għall-impjegati bi prestazzjoni għolja jikkostitwixxi provvista “għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha, jew b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 26(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT 1 ?

Il-fatt li l-persuna taxxabbli għandha skop ta’ negozju għall-ħruġ tal-vawċers ta’ bejgħ bl-imnut lill-persunal għandu xi rilevanza fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda?

Il-fatt li l-vawċers ta’ bejgħ bl-imnut maħruġa lill-membri tal-persunal huma għall-użu tagħhom stess u jistgħu jintużaw għall-iskopijiet privati tal-membri tal-persunal għandu xi rilevanza fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).