Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – EZ vs Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

(Kawża C-606/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EZ

Konvenuti: Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) 1 , li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasportatur tal-ajru huwa eżonerat kompletament jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu fil-każ ta’ telf ta’ bagalji taħt l-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni meta, fil-bagalja tal-istiva minflok fil-bagalja tal-kabina, il-passiġġier jittrasporta tagħmir elettroniku ġdid jew daqslikieku ġdid, bħal ma hija kamera fotografika kompatta, tablet (iPad) u headphones mingħajr fil, u dan mingħajr ma jinforma b’dan lit-trasportatur tal-ajru u meta l-passiġġier seta’ raġonevolment jieħu dan it-tagħmir elettroniku miegħu fil-bagalja tal-kabina?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.