Language of document : ECLI:EU:T:2014:1022





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 —
Sales & Solutions vs UASI — Inceda (WATT u WATT)


(Kawżi magħquda T‑494/13 u T‑495/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 16, 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)](ara l-punti 18-21)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 — Tradse marks verbali u figurattivi WATT [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)](ara l-punti 28, 32-34, 38, 43)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 45)

Suġġett

Fil-Kawża T‑494/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1192/2012‑4), u, fil-Kawża T‑495/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1193/2012‑4), relatati ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inceda Holding GmbH u Sales & Solutions GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Sales & Solutions GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Inceda Holding GmbH fil-Kawżi magħquda T‑494/13 u T‑495/13.