Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-485/11) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/20/KE – Artikolu 12 – Taxxi amministrattivi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi – Obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa addizzjonali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. - S. Pilczer, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent); L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, K. Szíjjártó, K. Molnár u A. Szilágyi, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) - Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali - Kompatibbiltà ta’ liġi nazzjonali li tistabbilixxi taxxa addizzjonali li taffettwa l-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 355, 03.12.2011