Language of document : ECLI:EU:C:2013:427





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni vs Franza

(Kawża C‑485/11)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 12 — Taxxi amministrattivi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi — Obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa addizzjonali”

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Awtorizzazzjoni — Direttiva 2002/20 — Artikolu 12 — Portata — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxa b’fatt taxxabbli marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew mal-għoti ta’ dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew numri — Inklużjoni — Taxxa b’fatt taxxabbli marbut mal-attività tal-operatur li tikkonsisti fil-provvista tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-utenti finali fl-Istat Membru kkonċernat — Esklużjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, Artikolu 12) (ara l-punti 26, 29-31)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali — Kompatibbiltà ta’ liġi nazzjonali li tistabbilixxi taxxa addizzjonali li taffettwa l-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.