Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Ġunju 2011 - Psytech International vs UASI - Institute for Personality & Ability Testing (16PF)

(Kawża T-507/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali 16PF - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Nuqqas ta' sinjali li saru komuni - Nuqqas ta' mala fide - Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Psytech International Ltd (Pulloxhill, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, solicitor, N. Saunders, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Institute for Personality & Ability Testing, Inc. (Champaign, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hobbs, QC, u A. Chaudri, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Lulju 2008 (Każ R 1012/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Psytech International Ltd u l-Institute for Personality & Ability Testing, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Psytech International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 24.01.2009.