Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - Bang & Olufsen vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' loudspeaker)

(Kawża T-508/08)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Rappreżentazzjoni ta' loudspeaker - Eżekuzzjoni mill-UASI ta' sentenza ta' annullament ta' deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Artikolu 63(6) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bang & Olufsen A/S (Struer, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment K. Wallberg, sussegwentement J. Glaesel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Settembru 2008 (Każ R 497/2005-I), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta loudspeaker bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Bang & Olufsen A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 24.01.2009.